Sunday, December 22, 2024

Ippubblikati extension numbers ġodda għall-akbar Freephone f’Malta

Aqra wkoll

Il-freephone ta’ Servizz.gov 153 kompla jikber hekk kif ġie formalizzat ftehim – wara diversi xhur ta’ proġett pilota – biex it-telefonati ta’ customer care kemm tal-Enemalta kif ukoll tad-Dipartiment tal-Animal Welfare, jibdew jittieħdu mir-rappreżentanti ta’ Servizz.gov. Huma jingħaqdu ma’ għexieren ta’ servizzi governattivi oħra offruti fuq l-istess linja, fosthom servizzi soċjali u edukattivi, servizzi relatati mat-taxxa u anzjanità attiva fost oħrajn.

Freephone 153 operat minn Servizz.gov sar l-akbar freephone f’pajjiżna, tant li fl-2023 irċieva 863,126 telefonata. Din is-sena diġà qed jirreġistra medja ta’ madwar 3,000 telefonata kuljum.

Peress li qed jiżdiedu n-numru ta’ servizzi offruti, Servizz.gov illum qed tħabbar lista ta’ extension numbers biex iċ-ċittadin jingħaqad direttament mas-servizz li jkun jeħtieġ dak il-ħin.

Lista:

• Sapport – extension 05

• Taxxa – extension 06

• VAT – extension 07

•  CTD – extension 08

• DSS – extension 11

• Anzjanità Attiva – extension 12

• Edukazzjoni – extension 14

• Enemalta – extension 15

• REWS – extension 16

• Animal Welfare – extension 17

• Jobsplus – extension 18

• *Baġit – extension 25

• Servizzi oħrajn – extension 00

B’hekk, il-klijent se jċempel fuq il-freephone Servizz.gov 153, iżid in-numru addizzjonali meta mitlub mis-sistema, u jingħaqad direttament mar-rappreżentant dwar servizz speċifiku. Jekk il-klijent ma jkunx konxju tal-extension, se jkun jista’ jisma’ l-għażliet disponibbli.  Dan jiżgura konnessjoni bla xkiel, servizz aktar immedjat, u titjib fl-esperjenza ġenerali tal-klijent.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim ma’ Enemalta u l-Animal Welfare, il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizz.gov Massimo Vella qal li fl-aħħar xhur l-Aġenzija kompliet tkattar is-servizzi offruti u semma li fiż-żmien li ġej, aktar entitajiet tal-Gvern se jkomplu jingħaqdu fuq il-pjattaformi li joffri Servizz.gov. Enemalta kienet rappreżentata miċ-Chairman Eżekuttiv Ryan Fava, filwaqt li għad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ffirma s-Segretarju Permanenti Sharlo Camilleri.

* Din il-linja se tiġi attivata mid-29 ta’ Ottubru 2024

Ekonomija

Sport