Monday, December 16, 2024

Ir-Russi eżiljati  f’Malta waqt ir-rivoluzzjoni ta’ l-1917… esebizzjoni fil-Belt Valletta

- Jikteb Shaun Borg

Aqra wkoll

“Ir-Russi eżiljati f’Malta fl-1917 kienu nies li ħallew impatt fuq is-soċjetà Maltija ta’ dak iż-żmien. Dawn in-nies bnew pont bejn ir-Russja u Malta. L-ewwel skola tal-Ballet f’Malta ġiet mwaqqfa mill-Prinċipessa Nathalie Poutiatine fejn introduċiet is-sbuhija tal-ballet lil Maltin. Illum f’Malta hawn madwar 50 skola u studios tal-Ballet.  Persuna oħra li ħalliet impatt fuq Malta kien Boris Edwards li kellu oriġini Ingliża. Dan l-artist kien il-moħħ wara l-iskultura tal-monument tas-Sette Giugno li jinsab fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata dan barra xogħlijiet oħra tiegħu mferrxin f’Malta.”

Dan iddikjaratu Dr Irina  Pereverzeva, Direttriċi taċ-Ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura, il-Belt Valletta f’intervista ma’ Shawn Borg. 

Kif semmejt qabel artisti barranin jistgħu jesebixxu it-talenti artistiċi tagħhom hawn f’dan iċ-ċentru. Kif jista’ jsir dan u jeżisti xi proċess biex jiġu aċċettati? 

Din is-sena diġa kellhna il-pjaċir li nesebwixxu wirjiet ta’ artisti Maltin fiċ-ċentru tagħna. F’moħħi qiegħed jiġini l-artist Robert Henry bil-wirja tiegħu “Famous”. Esebizzjoni oħra interessanti minn Elena Volmann li hi disinjatriċi kif ukoll restawratriċi li tellgħet l-wirja tagħha bl-isem ta “second life” 

Artista Russa Julia Moskina tellgħet esebizzjoni interessanti b’pitturi fl-injam kif ukoll Elena Tanti tellgħet esebizzjoni interessanti fotografika bl-isem ta “Cats and Angels”. Kittieb famuż Ingliż Peter Flynn kien il-mistieden tagħna f’serata letterarja dwar ix-xogħlijiet brillanti tar-Russu Mikhail Bulgakov. 

Ma’ dan insemmi ukoll il-Festival tal-kultura Slava mtella’ mid-dukat tas Serbja kif ukoll il-pjanist Taljan Bruno Francesco Leone li esebixxa il-mużika ta’ kompożituri Russi. Mill-banda l-oħra ninsabu ħerqanin li artisti minn kull sfera li jinsabu Malta u li jixtiequ jesebixxu kull talent tagħhom sabiex jiġu hawn jippreżentaw lilhom infushom u nsibu l- opportunitajiet sabiex jesebixxu kif ukoll jkattru it-talent tagħhom aħna qegħdin hawn nistennewhom. 

Din is-sena iċ-Ċentru Russu pparteċipa fil-festival annwali in-Notte Bianca. X’attivitajiet organizzajtu għal dan il-festival kif ukoll x’kien ir-rispons tal-pubbliku li daħal il belt? 

Din mhix l-ewwel okkażjoni tagħna li nipparteċipaw fin-Notte Bianca. Is-sena l-oħra ukoll tellajna programm kulturali interessanti però din is-sena il-programm tagħna kien inkluż fil-programm uffiċjali tan-Notte Bianca. Il-bibien tagħna waqt dan il-festival kienu miftuħin fis-7pm sa tard bil-lejl . Waqt dan il-ħin ġew imtellgħin workshops dwar l-arti Russa kif ukoll diversi wirjiet u ma’ dan kien hemm żewġ kunċerti spettakolari. 

Il-programm kien wieħed estesiv għal aħħar però ħa ntik ħjiel u deskrizzjoni fil-qosor x’kien jikkonsisti il-programm, tajjeb li ngħidlek li iċ-Ċentru Russu qiegħed fuq ħames sulari immaġina tgħaddi minn attività għal oħra minn sular għal ieħor. 

L-ewwel impressjoni kienet tal-fotografu Russa-Maltija Elena Tanti li esebixxiet pajsaġġi differenti kemm ta’ Russja kif ukoll ta’ Malta dawn tqiegħdu ħdejn xulxin sabiex l-udjenza tara x’hemm ħafna komuni bejnietna u dan minkejja li l-istorja, kif ukoll il mod ta’ kif ngħixu huwa differenti. 

Workshop interessanti kien fit-tielet sular fejn kien immexxi mill-artista Elena Kuznetsova. Waqt dan il-workshop il-ġubbliku seta’ jara kif jista’ joħloq bicciet ta’ arti taħt it-tmexxija tagħha. 

Fir-raba’ sular kien hemm żewġ esebizzjonijiet li waħda tikkumplimenta lil oħra. L-ewwel waħda kienet ta Yulia Moskina dwar qtates li kienu hekk imsejjħin ‘stray cats’ però nies ġabruhom mit-toroq u saru l-anġli tad-dar. Dawn huma ġrajjiet veru u ttieħdu mill-ħajja reali kemm fir-Russja, Malta, il-Kazakhstan, il-Ġermanja u pajjiżi oħrajn. 

Wirja oħra fl-istess sular kienet tad-disinjatriċi brava Elena Vollman . Din il-wirja qanqlet ħafna interess mill-pubbliku peress li l-kostumi saru kollha minn materjal riċiklat kif ukoll aċċessorji oħra magħmulin saħansitra mil-weraq tal-palm. Il-pubbliku kellu anke l-opportunità li jipprova dawn il-kostumi. 

Fil-ħames sular kien hemm l-esebizzjoni interessanti mill-artista Oksana Rogozin li t-tema ta’ l-esebizzjoni kienet Russian Fairy Tales Oksana hija popolari fir-Russja għal crafts kif ukoll tpinġija fuq ħwejjeġ kif ukoll tpinġija fuq affarijiet li nsibu fid-dar. 

Il-publiku li ġie jżurna kien liberu li jżur is-sulari kollha fejn kien hemm volontiera f’kull sular fejn barra li taw deskrizzjoni ta kull wirja taw anke deskrizzjoni ta dan il-bini storiku. 

Il-qofol ta dan kollu kienu iż-żewġ kunċerti li taw it-tenur Malti Angelo Muscat kif ukoll is-soprana Russa Olga Agafonova li kantat xogħol ta kompożituri Maltin kif ukoll Russi u li tant ġew apprezzati mill-pubbliku li kien qiegħed isegwi. 

Mużiċist ieħor bravu Malti Bernard Catania permezz tal-kitarra tiegħu ta’ kunċert tal-kitarrist bravu sovjetiku Alexander Ivanov Kramskoy kif ukoll ta’ kompożituri oħrajn barranin fir-ripertorju tiegħu. 

L-attendenza għal dan il-programm vast kien wieħed enormi. Onestament ma bsartx li se jattendu daqshekk nies. Interessanti ukoll li l-viżitaturi ma kinux kollha Maltin fejn staqsejnihom mil-liema pajjiżi kienu ġejjin u dawn apparti il-Maltin u r-Russi kien hemm oħrajn mill-Ingilterra, Franza, l-Indja, il-Ġappun, is-Serbja, Bulgarija, l-Italja, il-Belarussja, il-Latvia, l-Estonia, it-Tuneżija, Singapor, l-Awstralja u saħansitra anke mill-Afrika t’Isfel. B’hekk nies minn partijiet differenti tad-dinja interessaw ruħhom fil-programm tagħna attribwit għan-Notte Bianca ta’ din is-sena. 

Dan is-suċċess nattribwieh kollu għall-istaff taċ-Ċentru Russu f’Malta kif ukoll għall-voluntiera u ta dan ngħidlhom grazzi kbira. 

Minn ricerka li għamilt jeżistu mad-dinja kollha mad-98 Ċentru Russu jew Russian Houses. Dawn iċ-ċentri b’xi mod jikkoperaw bejniethom jew le? 

Mingħajr ebda dubju iva teżisti bejnietna. Kooperazzjoni sħiħa għax wara kollox għandna missjoni waħda u dan biex nippreżentaw lid-dinja il-kultura u l-istorja interesanti u rikka tagħna kif ukoll sabiex nistabbilixxu kuntatti bejn organizzazjoinjiet pubbliċi kif ukoll ma’ nies li huma krejattivi. Din l-assistenza ta’ bejn iċ-ċentri hija waħda bla waqfien. Eżempju ta’ dan kien wieħed riċenti fejn mużicisti mis-Serbja ġew fiċ-ċentru tagħna f’Malta fejn taw kunċerti maestużi. Żewġ pjanisti li daqqew f’duet Margarita Vujovic u Nina Boteach kif ukoll Leon Zharko u Milana Jancic daqqew biċċiet tal-mużika minn kompożituri Russi kif ukoll Sovjetiċi. 

Is-sena l-oħra jien ħadt sehem f’ċerimonja ta’ kommemorazzjoni f’Toulousse li kienet ddedikata lil waħda mill-mexxejja waqt ir-reżistenza Franċiża li kienet it-tifla tal-kompożitur famuż Russu Alexander Scriabin Ariadna. Iċ-ċentru tagħna wera dokumentarju viżiv dwar il-ġlieda kontra l-faxxiżmu mill-membri mill-armata Lhudija mmexxi minn din il-mara qalbiena Russa. 

Fit-3 ta Dicembru 2024 iċ-Ċentru Russu se jorganizza wirja oħra din id-darba dwar Russi li kienu ġew eżiljati waqt ir-rivoluzzjoni ta’ l-1917, Dr Irina tista’ ttieni ħjiel minn kienu dawn il-persuni. Dawk li huma interessati li jattendu din l-esebizzjoni x jistennew li se jaraw kif ukoll tista’ ttini d-dati u l-ħin meta wieħed jista’ jiġi jżur din il-wirja? 

Dawn in-nies li ġew eżiljati f’Malta fl-1917 kienu nies li ħallew impatt fuq is-soċjetà Maltija ta’ dak iż-żmien dawn in-nies bnew pont bejn ir-Russja u Malta. L-ewwel skola tal-Ballet f’Malta ġiet mwaqqfa mill-Prinċipessa Nathalie Poutiatine fejn introduċiet is-sbuhija tal-ballet lil Maltin. Illum f’Malta hawn madwar 50 skola u studios tal-Ballet. 

Persuna oħra li ħalliet impatt fuq Malta kien Boris Edwards li kellu oriġini Ingliża. Dan l-artist kien il-moħħ wara l-iskultura tal-monument tas-Sette Giugno li jinsab fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata dan barra xogħlijiet oħra tieghu mferrxin f’Malta. 

Konstantin Voensky (de Breze) Storiku kif ukoll wieħed milli kkompila il-pubblikazzjoni “The Patriotic War and Russian Society”. 

Nikolay Krasnov Arkitett famuż li bena il-famuż Palazz ta Livadia fil-Krimea kif ukoll pitter diversi xeni tal-pajsaġġ Malti.  Ix-xogħlijiet kemm ta’ Edwards kif ukoll Krasnov illum jiffurmaw parti minn kollezzjoni nazzjonali ta’ l-arti fejn uħud minn din il-kollezzjoni hi għand kolleturi privati. 

Din is-sena jiġifieri 2024 hija sena partikolari għalina u filfatt semmejniha s-sena tar-Russi eżiljati f’Malta. L-arkitett Nikolai Krasnov jagħlaq 160 din is-sena filwaqt li l-Prinċipessa Natalie Poutiatine tagħlaq 120 sena, ukoll il-100sena anniversarju mill-mewt ta’ l-iskultur Boris Edwards kif ukoll il-105 sena minn meta l-famuż storiku Russu Konstantin Voensky de Breze wasal f’Malta. 

Iċ-Ċentru Russu fil-belt Valletta diġa organizza programm għal dan fejn f’ċerimonja ta’ komemorazzjoni ddedikata lil Boris Edwards u Konstantin Voensky de Brese saru fiċ-ċimiterju ta’ Braxia il-Pietà. 

Id-disinjatrici Elena Vollmann tat esebizzjoni u defile fil-Palazzo la Salle il-belt Valletta fejn l-istess esebizzjoni hija ispirata kif ukoll dedikata għal famuża Principessa Nathalie Poutiatine. 

L-għeluq ta din il-komemorazzjoni ta’ dawn l-eroj f’Malta sejra tagħlaq b’esebizzjoni fiċ-ċentru tagħna il-Belt Valletta fejn irridu nuru lil Maltin kollha mill-għajnejn ta’ dawn ir-Russi eżiljati f’’Malta fejn ħarbu mir-Russja u sabu kenn politiku f’Malta.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ din l-esebizzjoni se ssir fit-3 ta Diċembru. Fiċ-Ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura Triq il-Merkanti il-Belt Valletta fis-7pm u d-dħul huwa b’xejn. Però wieħed jagħmel tajjeb li jirreġistra fuq whattsup fuq +3569992130 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport