Sunday, December 22, 2024

Is-Saħħa u s-Sigurtà fis-Settur tas-Saħħa u l-Kura tal-Anzjani

Aqra wkoll

L-OHSA organizzat ‘Business Breakfast’ speċjalizzat bit-titlu ‘OHS in the Health and Elderly-Care Setting,’ (Is-Saħħa u s-Sigurtà fil-Qasam tas-Saħħa u l-Kura tal-Anzjani) imfassal speċifikament għall-persuni li jokkupaw pożizzjonijiet maniġerjali fi ħdan is-setturi tas-saħħa, partikularment l-isptarijiet, is-saħħa primarja u l-kura tal-anzjani. L-avveniment kellu l-għan li jipprovdi għarfien siewi u jrawwem diskussjonijiet dwar prinċipji fundamentali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) speċifikament għal dawn is-setturi.

Il-parteċipanti kienu jinkludu rappreżentanti minn 28 dar tal-anzjani, 14 mill-ambjent tal-isptar, u 10 minn faċilitajiet tal-kura primarja, li wrew rappreżentanza diversa li enfasizzat is-sinifikat tas-suġġetti diskussi.

Il-Business Breakfast iffoka fuq il-prinċipji fundamentali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u enfasizza s-sinifikat kritiku tagħhom. Id-diskussjonijiet trattaw ukoll ir-responsabbiltajiet legali ta’ min iħaddem biex jiġi żgurat il-benessri tal-impjegati tagħhom, kif ukoll l-importanza li ssir evalwazzjoni tar-riskju
(risk assessment) biex jitnaqqsu l-perikli fuq il-post tax-xogħol u jiġu protetti kemm l-ħaddiema kif ukoll l-post tax-xogħol stess. Barra minn hekk, saret ukoll analiżi tal-isfidi tas-saħħa u s-sigurtà speċifikamnnet għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, li permezz tagħha wieħed seta’ jifhem aħjar il-kumplessitajiet speċifiċi għas-settur.

L-avveniment ipprovda pjattaforma dinamika għal diskussjonijiet interessanti, li ppermettiet lill-parteċipanti jiddiskutu l-aħjar prattiċi u għarfien speċjalizzat fis-settur. Offriet ukoll opportunità siewja għal dawk li attendew biex jespandu n-netwerks professjonali tagħhom u jistabbilixxu konnessjonijiet fis-settur tal-kura
tas-saħħa.

L-OHSA rringrazzjat lill-parteċipanti kollha għall-involviment attiv tagħhom, li tejbet b’mod sinifikanti d-diskussjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-kontribuzzjonijiet tagħhom kienu eżempju ta’ impenn għall-avvanz tal-prattiċi tas-saħħa u s-sigurtà fi ħdan l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom. L-OHSA tibqa’ impenjata li żżid l-isforzi tagħha fil-promozzjoni ta’ kultura ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol u tħares ’il quddiem għal aktar kollaborazzjonijiet biex jintlaħqu aktar standards għoljin ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Ekonomija

Sport