Saturday, December 21, 2024

“It-tbissima sabiħa ta’ Kate kienet tisraq il-qlub u timliehom bil-ferħ”

Tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejkna Kate

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ir-raħal tan-Nadur f’Għawdex, sellem għall-aħħar darba waħda minn uliedu, meta aktar kmieni llum, ingħatat l-aħħar tislima liċ-ċkejkna Kate Galea li ħalliet din id-dinja jumejn ilu.

Il-knisja u z-zuntier imtlew b’familjari u ħbieb ta’ Kate li b’ilbies abjad sellmu liċ-ċkejkna għall-aħħar darba.

Fr Noel Debono li mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja fl-omelija qal li fil-qalb ta’ ħafna tnisslu ħafna mistoqsijiet ta’ kif, u għaliex.

Fr Debono qal; “Għalhekk fejn hu Ġesù? Qiegħed hawn fit-tbatija tiegħi, fl-għajta tiegħi, fid-dubji tiegħi, fil-biki tiegħi, fil-ġenn tiegħi, fid-dieqa tiegħi.” Kompla jgħid li llum qegħdin niċċelebraw żewġ ħajjiet, il-ħajja ta’ Kate u l-ħajja ta’ Ġesù, l-Irxoxt, il-Ħaj.

Ekonomija

Sport