Raġel ta’ 55 sena u residenti Ħal Luqa, għall-ħabta tal-11.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imqabba, l-Imqabba.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll u ħabat f’siġra.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin