Wednesday, June 10, 2026

Iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn mutur fin-Nadur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena ġie ċċertifikata li weġġa’ gravi wara li lbieraħ ittajjar minn mutur fi Triq Daħlet Qorrot, in-Nadur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00pm fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 57 sena residenti n-Nadur intlaqat minn mutur Malaguti misjuq minn mara ta’ 30 sena residenti x-Xagħra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel għall-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport