Wednesday, June 10, 2026

Sewwieq isofri ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ 51 sena residenti r-Rabat Għawdex ġie ċertifikat li sofra ġrieħi ħlief wara li għall-ħabta tas-6.00am kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Opel Astra u għal xi raġuni kellu mpatt ma’ Rover 216 li kienet misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Qala.

Mal-ħabta, is-sewwieq tal-opel ħabat ma’ arblu u baqa’ dieħel fil-binja tal-Mitħna tax-Xewkija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza li assistew lis-sewwieq u wara ttieħed għal aktar kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport