Sunday, December 22, 2024

Iwieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga f’Paceville

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ttrafika d-droga.

Minbarra l-akkuża imsemmija, huwa kien akkużat ukoll li kellu sikkina mingħajr liċenzja u li hedded uffiċjal tal-Pulizija, bil-konsegwenza li dan ġarrab ġrieħi ħfief.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Attard spjega li l-Pulizija li kienu qed jagħmlu xi rondi f’Paceville nnutaw li kien hemm raġel. qed. jittraffika d-droga.

L-Ispettur Attard spjega li meta l-Pulizija wasslu għall-arrest tal-akkużat, l-akkużat irreżista l-arrest u għalhekk ma mexiex mal-ordnijieet mogħtija lilu mill-Pulizija.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, żammet lill-akkużat arrestat.

Ekonomija

Sport