Thursday, March 20, 2025

Jibda l-ġuri ta’ missier u iben akkużati bi qtil tal-Galalli fil-Ħamrun 

Aqra wkoll

Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera beda jinstema’ l-ġuri li fih missier u iben se jkunu mixlijin bil-qtil ta’ żagħżugħ fil-Ħamrun.

Iż-żewġ akkużati huma Joseph Grech ta’ 61 sena u t-tifel tiegħu  Kurt ta’ 31 sena magħruf bħala “in-Nemes”. Il-vittma huwa Brandon Pace, missier ta’ 3 itfal li kellu 21 sena li kien magħruf bħala “Il-Galalli”.

Fil-Qorti, ġie spjegat li Pace nqatel b’ħames daqqiet ta’ sikkina fit-2 ta’ April tal-2017, fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun. Jidher illi dakinhar kien seħħ argument jaħraq bejn Kurt Grech u l-eks tfajla tiegħu Jessica Bilocca, dwar binhom li dak iż-żmien kellu 6 snin.

Meta l-pulizija waslu fuq il-post, dawn sabu lill-vittma fi blokka tal-appartament f’għadira demm, b’diversi feriti f’sidru u f’daru. Grech sofra ġrieħi f’ġenbu u kellu jittieħed l-isptar għall-kura.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kevin Valletta u Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali; l-akkużati qed jiddefenduhom l-Avukati Roberto Montalto u Edward Gatt filwaqt li l-Avukati Rachel Tua u Ishmael Psaila qed jidhru għall-familja tal-vittma.

Sport