Saturday, December 21, 2024

Jittella’ katavru mill-baħar f’Buġibba

Aqra wkoll

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mas-sejba ta’ katavru li ttella’ minn bugħaddasa tal-Forzi Armati aktar kmieni għall-ħabta tad-8:45 a.m. f’Buġibba.

Jidher li kien sajjied li nzerta fil-post li informa lill-Pulizija, li marret fuq il-post u bl-għajnuna tal-Forzi Armati li tellgħu l-katavru mill-baħar.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għad trid tistabilixxi mhux biss l-identità tal-persuna imma anke l-kawża tal-mewt.

Ekonomija

Sport