Minkejja li għadha qed tikkumbatti biex tkun tista’ żżomm fuq saqajha, Kate hija determinata li ma tħalli l-ebda ostaklu jħarbtilha l-pjanijiet ta’ ħajjitha. Tant hu hekk, li lbieraħ stess ħabbret li bdiet “avventura” ġdida għal dan is-sajf.
“Illum bdejt avventura oħra … skolasajf,” qalet Kate f’kitba fuq il-profil ta’ Facebook — ‘Kate: Writing My Story’.
Kate fl-aħħar jiem reġgħet bdiet tirċievi wkoll sessjonijiet ta’ terapija f’Malta wara li iktar kmieni dan ix-xahar, hi flimkien mal-ġenituri tagħha, irritornaw lura f’pajjiżna wara 46 jum fil-Polonja minħabba intervent mediku li sar fuq iċ-ċkejkna.
Minn qalbna nawgurawlek iktar saħħa u determinazzjoni biex tkompli tegħleb l-isfidi tal-ħajja.