Wednesday, October 9, 2024

“Kif tista ma tgħinhomx meta taf li Puttinu huma x-xaqq ta’ dawl għall-morda u l-familji”

- Il-Familja Magri

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Kif tista ma tgħinhomx meta taf li Puttinu huma x-xaqq ta’ dawl għal morda u l-familji? Bis-saħħa ta Juan iltqajna mat-tieni familja tagħna u aħna bħala familja se nibqgħu nissaportjaw lil Puttinu għax nagħmlu dan għal-memorja ta’ Juan li nemmnu li Puttinu gew f’ħajjitna għal raguni!”

Dan iddikjaratu l-familja Magri, f’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares. Huma qalu li Puttinu kienu ta’ għajnuna kbira u laqgħu liċ-ċkejken Juan b’idejhom miftuħin.

Irrimarkaw kif l-istaff ta Rainbow ward flimkien ma’ Rennie u Angele ħabbewh u ħadu ħsiebu daqs li kieku kien it-tifel tagħhom. Huma ħadu ħsieb ukoll lill-familja kollha li kellha bżonn tant għajnuna u imħabba f’dan iż-żmien mudlam.

Li titlef persuna tant speċjali f’ħajtek hija ferm iebsa. Din kienet is-sitwazzjoni tal-koppja Solange u Antione, hekk kif ftit tal-jiem wara li twieled iċ-ċkejken Juan, il-professjonisti irrealizzaw li huwa kellu tumur u sfortunatament ftit tal-ġimgħat wara huwa ħalla din id-dinja.

Sport