Wednesday, March 19, 2025

Koppja Awstraljana mfittxija fil-Polonja fuq frodi tinħeles mill-arrest

Aqra wkoll

Timothy Alan McKay ta’ 65 sena u Celia Dunlop ta’ 64 sena- Pollakki – ingħataw il-ħelsien mill-arrest hekk kif il-koppja qiegħda tappella l-estradizzjoni tagħhom lejn il-Polonja wara li allegatament ffrodat madwar 400 persuna

Kien fil-bidu ta-sena meta l-koppja tressqu fil-Qrati ta’ Malta wra li dawn kienu qegħdin jiġu mfittxija mill-awtoritajiet Pollakki u kien inħareġ mandat ta’ arrest. Il-Polonja talbet biex dawn jintbgħatu lura lejn pajjiżhom biex jiffaċċjaw proċeduri kriminali b’rabta ma’ frodi u ħasil ta’ flus.

Il-koppja qed twieġeb mhux ħajta li ffrodat diversi perusni permezz ta’ ‘pyramid scheme’ li minnha allegatament ibbenefikat madwar €238,000.

Fil-Qorti ntqal li ‘Pyramid Scheme’ hija forma ta’ investiment illegali, li fiha kull parteċipant jaqla’ l-flus minn fuq ir-reklutaġġ ta’ numru ta’ investituri li dejjem jiżdied.

Il-Maġistrat Leonard Caruana laqa’ t-talba għall-estrazzjoni u kien ordna biex il-koppja tintbagħat biex isegwi proċeduri kriminali fil-Polonja.

Iżda l-koppja appellat mis-sentenza tal-Maġistrat Caruana. Hekk kif bdiet tinstema l-kawża tal-Appell quddiem l-Imħallef Edwina Grima, l-Awstraljani appellaw mis-sentenza u talbu l-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba minħabba li qalet li huma jinsabu akkużati b’reati serji ħafna u m’għandhomx rabtiet ma’ Malta u għalhekk hemm il-biża’ li jaħarbu.

Id-difiża qalet li kontra ta’ dak li qiegħda tgħid il-Prosekuzzjoni, il-koppja għandhom rabtiet ma’ Malta għax ilhom jgħixu f’pajjiżna għal dawn l-aħħar għaxar snin. Għandhom ukoll proprjetà li tiswa l-miljuni ta’ ewro kif ukoll għax għandhom permess ta’ residenza validu.

Id-difiża qalet li tant għandhom rabtiet ma’ Malta li l-mara hija shareholder’ f’kumpanija reġistrata f’Malta u għalhekk il-biża’ tal-prosekuzzjoni mhix waħda reali.

Wara li semgħet liż-żewġ naħat, L-Imħallef Edwina Grima laqgħet it-talba għal libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonjiet, fosthom depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000 kull wieħed, waqt li jridu jiffirmaw l-għassa darbtejn kuljum.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Roderick Spiteri waqt li l-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit qed jidhru għall-mara u l-Avukati Josè Herrera u Martina Herrera għar-raġel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport