Monday, December 9, 2024

L-iskola li fiha tattendi Kate tfakkar il-jum dinji għall-mard rari

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif illum kienet qed tiġi ċċelebrat il- jum dinji għall-mard rari, iċ-ċkejkna Kate flimkien ma’ ommha, diversi għalliema u studenti oħrajn, libsu flokkijiet apposta bil-għan li jitqajjem iktar għarfien

Dan ħabbritu Charmaine Ferriggi, il-mama’ ta’ Kate, b’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook; Kate: Writing My Story. Hija rringrazzjat lill-iskola li tattendi fiha bintha, tal-inizjattiva illi ħadu f’dan ir-rigward. Spjegat kif flimkien, qed iqajjmu kuxjenza u jagħmlu differenza.

Il-kundizzjoni taċ-ċkejkna Kate tissejjaħ Tatton Brown Raham Syndrome. Din hija kundizzjoni li fid-dinja hawn biss bejn 150 u 200 persuna. Ġiet skoperta fl-2014, jiġifieri sa issa għad m’hemmx biżżejjed għarfien fuqha.

Il-karatteristiċi kardinali ta’ din il-kundizzjoni hija li wieħed jikber b’rata mgħaġġla u li jkollu diżabilità intellettwali minn ħafifa għal severa. Karatteristiċi oħra jinkludu obeżità, żieda fil-piż, problemi fl-imġieba u anke aċċessjonijiet.

Ekonomija

Sport