Saturday, December 21, 2024

Malta fost sitt pajjiżi Ewropej mitluba jirriformaw il-liġijiet tal-abort b’mod urġenti

Aqra wkoll

“Minħabba li m’għandhomx aċċess għal din il-proċedura, qegħdin jiffaċċjaw riskju ogħla għas-saħħa u l-benessere tagħhom”

Mal-mitt għaqda Ewropea, uħud minnhom Maltin għamlu appell pubbliku lill-Gvern Malti, flimkien. mal-Gvern ta’ ħames pajjiżi oħra, biex iwettqu tibdil legali b’mod immedjat “biex jiġi assigurat aċċess sigur u effiċjenti għall-proċedura tal-abort b’mod mediku.”

Malta hija waħda minn sitt pajjiżi, fosthom l-Andorra, Liechtenstein, Monaco, il-Polonja u San Marino fejn l-abort huwa jew illegali, jew inkella retritt b’mod sever. L-għaqdiet tas-soċjeta ċivili, fosthom il-Fondazzjoni tad-Drittijiet tan-NIsa Maltija, kif ukoll Voice For Choice, u l-Konfederazzjoni tax-Xogħol tal-Italja (CGIL), appellaw biex isiru tibdil immedjat fil-liġijiet, “biex ma jkomplux iqiegħdu is-saħħa u l-ħajja tan-nisa fir-riskju.”

“Minħabba li hemm limitazzjonijiet kbar fuq l-ivjaġġar u t-trasport, dawn qegħdin ikomplu juru l-effett aħrax ta’ dawn il-liġijiet restrittivi. L-invidiwi f’dawn il-pajjiżi ma jistgħux jibqgħu jivjaġġaw, jew jiksbu mediċina bil-posta minn barra. Dan qiegħed iwassal biex dawn il-persuni jiffaċċjaw riskji ogħla għas-saħħa u l-benessere tagħhom.”

Ekonomija

Sport