Thursday, December 26, 2024

Malta tkompli twassal fuq l-aġenda Ewropea temi tal-Mediterran

Aqra wkoll

Malta kompliet twassal vuċi b’saħħitha fuq diversi temi partikolarment dawk li jolqtu l-Mediterran wara s-Summit tal-MED9, issa fil-Laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea u l-Laqgħa Informali tal-Mexxejja Ewropej fi Granada fi Spanja.

Matul il-jiem tal-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela attenda għal dawn il-laqgħat fejn fil-Laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, il-Prim Ministru ħa sehem f’diskussjoni relatata mal-enerġija, il-qalba ambjentali u t-tibdil fil-klima. Filwaqt li rrimarka għal dak li laqat riċentament pajjiżi fin-naħa tal-Afrika ta’ Fuq, kif ukoll it-temperaturi estremi u l-għargħar li ħakmu l-qalba tal-Mediterran dan is-sajf, il-Prim Ministru nnota dak diskuss ġimgħa ilu f’pajjiżna fis-Summit tal-MED9 u aċċena dwar azzjonijiet effettivi u ta’ adattamentgħat-tibdil fil-klima.

Processed with VSCO with g6 preset

Dwar l-enerġija, il-Prim Ministru enfasizza li l-pajjiżi għandhom ikomplu jesploraw il-possibbiltà ta’ interkonnessjonijiet, speċjalment f’proġetti ta’ enerġija rinnovabbli bejn pajjiżi fin-naħa tal-Afrika ta’ Fuq u tal-UE. Tenna wkoll l-importanza ta’ investimenti f’ teknoloġiji, bħal rinovabbli mir-riħ fuq il-baħar, u aċċena fuq dak maqbul f’Malta, li l-Mediterran jiġi trasformat f’ċentru ta’ enerġija nadifa. Kompla li dan iwassal għal sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-kontinent Ewropew, kif ukoll jikkontribwixxi għall-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni. “Fil-ħidma kollettiva tagħna, jeħtieġ li nsibu bilanċ bejn il-miri ambjentali, iċ-ċirkostanzi ġeografiċi u r-realtajiet li qed naffaċċjaw, hekk kif inkomplu l-mixja lejn il-qalba ambjentali u l-adattament għat-tibdil fil-klima”, qal il-Prim Ministru Robert Abela.

Waqt il-Laqgħa Informali tal-Mexxejja tal-Istati Membri, il-Prim Ministru ħa sehem f’diskussjonijiet dwar il-prijoritajiet għas-snin li ġejjin bi tħejjija għall-aġenda strateġika li jmiss tal-Unjoni Ewropea. Il-mexxejja komplew jiddiskutu dwar il-migrazzjoni u t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, fost temi oħra. Waqt id-diskussjoni bi tħejjija għall-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru semma uħud mil-prijoritajiet li għandhom ikunu inklużi fl-istrateġija l-ġdida, fosthom semma kif għandha tkompli l-ħidma f’dak li jirrigwardja is-Suq Uniku u l-kompetittività, fosthom fejn jidħol l-aċċess għall-mediċini u t-trasport fejn għad hemm ċirkostanzi fejn ċerti pajjiżi bħal Malta jibqgħu żvantaġġjati. Semma wkoll li waqt il-laqgħa tal-MED9 kien hemm qbil li għandu jiżdied id-djalogu mal-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar u tenna li hemm bosta benefiċċji li jistgħu jinkisbu minn kollaborazzjonijiet ma’ dawn il-pajjiżi.

Processed with VSCO with g6 preset

Dwar il-migrazzjoni, il-Prim Ministru enfasizza li s-sitwazzjoni kurrenti mhijiex sostenibbli u li l-Unjoni Ewropea trid tkun aktar proattiva. Għamel referenza għad-diskussjoni dwar dan is-suġġett waqt il-laqgħa tal-MED9 fejn il-Mexxeja preżenti ddiskutew l-isfidi komuni li jiffaċċjaw minħabba l-immigrazzjoni irregolari u qablu li l-Unjoni għandha tadotta l-Patt ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-mexxejja qablu wkoll li jkomplu fuq il-passi li ttieħdu riċentament mill-Kummissjoni Ewropea u jkomplu t-taħdidiet ma’ pajjiżi terzi, bl-istess mod li ħadmu mat-Tuneżija bħala eżempju konkret tal-mudell li għandhom jimxu fuqu.

Kif qbilna wkoll waqt il-laqgħa tal-MED9, hemm il-bżonn li nerġgħu nibnu mill-ġdid ir-relazzjoni tagħna man-Nofsinhar tal-Mediterran. Irridu ngħinu fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-imsieħba tagħna sabiex tiżdied is-sorveljanza fil-fruntieri u jiżdiedu l-isforzi konġunti biex jiżżarmaw networks li jiffaċilitaw id-dħul irregolari tal-immigranti”, irrimarka l-Prim Ministru Robert Abela, filwaqt li saħaq fuq sistema tal-ażil li tkun ġusta u taħdem, u li tindirizza l-bżonnijiet tal-Istati Membri kollha li qegħdin taħt pressjoni.

Ekonomija

Sport