Mara ta’ 61 sena, residenti Ħ’Attard tinsab fil-periklu tal-mewt, wara li kienet involuta inċident bir-rota. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m, fi Triq il-Għenba f’Ħ’Attard.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-mara kienet qed issuq r-rota u ħabtet ma’ karozza Toyota Aygo li kienet ipparkjata.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.