Bħal lum 31 ta’ Awwissu tas-sena 1913, il-Pulizija attakkaw folla kbira ta’ nies f’Dublin l-Irlanda. Din baqgħet magħrufa bħala il-‘Bloody Sunday’. Din kienet waħda minn dawk il-konfrontazzjonijiet vjolenti li seħħew fil-bidu ta’ dik li kienet id-‘Dublin Lockout’. Din kienet azzjoni industrijali li bdiet fis-sena 1913 u kompliet sas-sena 1914. F’dawn il-konfrontazzjonijiet, żewġ ħaddiema li kienu qed jistrajkjaw inqatlu u mijiet oħra kienu feruti.
Jim Larkin, mit-Transport and General Workers Union (ITGWU) kien ipprova jorganizza l-ħaddiema tat-tram f’Dublin bis-sid tal-kumpanija William Murphy iwieġeb billi keċċa mix-xogħol għadd ta’ ħaddiema. Dawn kienu ħaddiema li bdew jissimpatizzaw mal-union. Meta l-ħaddiema ħarġu jipprotestaw, is-sidien tal-postijiet tax-xogħol f’Dublin bdew jisfurzaw lill-ħaddiema biex huma jiddikjaraw u jiffirmaw li maux se jingħaqdu mal-ITGWU u li lanqas kienu se jistrajkjaw bħala solidarjetà. Meta l-ħaddiema irrifjutaw, is-sidien qafluhom barra l-post tax-xogħol jew sabu sostitut tagħhom.
Sa mill-bidu l-istrajk kien karatterizzat minn vjolenza fein ħaddiem bdew jattakkaw it-trams u jkissrulhom il-ħġieġ. Huma spiċċaw anke jisparaw b’munizzjon li beda jipprovdi James Connolly. Bl-għan li titwaqqaf il-vjolenza l-awtoritajiet waqqfu marċ ta’ protesta. Larkin imma ma kienx persuna faċli u ħalef li xorta jmur.
It-triq ta’ fejn kellu jsir il-marċ ta’ protesta kienet mgħassa sew. Fih kien hemm l-lukanda Imperial. Larking libes daqna falza u daħal fil-lukanda liebes ta’ raġel xiħ. X’ħin ra l-ħaddiema miġburin barra, hu ġera lejn it-tieqa u minn hemm beda jheġġeġ lill-ħaddiema għal azzjoni għax b’hekk biss tiġi ir-rebħa.
Xejn inqas mini 300 Pulizija attakkaw u bdew isawwtu lil folla preżenti.
