Friday, November 15, 2024

Mill-2021 il-BCA ħarġet kważi 600 notifika biex twaqqaf xogħlijiet 

Wettqet aktar minn 20,000 spezzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn meta twaqqfet sax-xahar li għadda, l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħarġet kważi 600 notifika biex twaqqaf xogħlijiet minħabba irregolaritajiet. Ikkonferma dan il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tal-membru Parlamentari Laburista Katya De Giovanni dwar kemm saru spezzjonijiet mill-BCA mill-2021.

Il-Ministru qal li l-awtorità wettqet 20,546 spezzjoni bejn April tal-2021 u Frar ta’ din is-sena. Dawn l-ispezzjonijiet huma maqsumin b’7,159 spezzjoni fl-2021, 10,298 spezzjoni matul is-sena li għaddiet u 3,089 spezzjoni fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena.

Mit-twaqqif tal-awtorità sal-ewwel xahrejn ta’ din is-sena nħarġu 324 multa b’76 multa li nħarġu fl-2021, 129 multa fl-2022 u 119-il multa fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena.

Barra minn hekk, fl-istess perjodu l-awtorità ħarġet 573 notifika biex jitwaqqfu x-xogħlijiet. Minn dawn inħarġu 90 fl-2021, 350 fis-sena ta’ wara u 133 fil-bidu ta’ din is-sena.

Ekonomija

Sport