Josie Vella, missier il-mibki Jake Vella, iż-żagħżugħ li kien ta’ inpirazzjoni għal bosta, iddeċieda li jagħmel tattoo sabiħa mmens sabiex il-memorja ta’ ibnu ibqa dejjem preżenti f’ħajtu.
Qal dan Josie nnifsu permezz ta’ messaġġ fuq Facebook. It-tattoo hija stampa ċara ta’ Jake b’idejh miftuħin bil-ferħ u liebes flokk ta’ Triathlon Malta, bil-kliem “Jake Vella 2009-2024 Grazzi Ma, Grazzi Da”.
Etienne Buttigieg huwa l-persuna li ntgħażel minn Josie sabiex jagħmillu din it-tattoo. F’messaġġ li qasam , qal li jinsab onorat immens li ġie fdat biex jagħmel xi ħaġa ferm speċjali.