Sunday, December 22, 2024

Mixli li ħebb għal l-eks sieħba b’xambrella u kkaġunala ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Libjan ta’ 42 sena residenti Birkirkara nżamm arrestat wara tressaq il-Qorti mixli li ħebb għall-eks sieħba tiegħu b’biċċa xambrella u kkaġġunalha ġrieħi ta’ natura gravi f’wiċċha.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Audrey Micallef ġie spjegat li l-imputat ħebb għall-vittma wara li din ipprovat ttemm r-relazzjoni tagħhom bħala koppja. Ingħad li hi sabet lir-raġel fir-residenza tagħha.

Il-vittma spjegat mal-Pulizija li din ma kinitx l-ewwel darba li daħal fir-residenza tagħha, hekk kif kien hemm drabi li saħansitra qabeż il-bjut u ddendel mal-binja biex jagħmel dan.

Spjegat li f’ħin minnhom ippruvat iissakkar lilha nnifisha fil-kamra tat-tifla u li f’mument minnhom l-imputat kisser il-bieb u qabad itiha ġo wiċċha bix-xambrella tal-bieb.

Quddiem il-Maġistat Gabriella Vella, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Diifiża mmexxija mill-Avukat Ilona Schembri ma tagħmel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u bintha.

Ekonomija

Sport