Thursday, December 26, 2024

Muka, l-akkużat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema jitlef kawża biex jinħeles mill-arrest

Aqra wkoll

Daniel Muka, Albaniż ta’ 29 sena, li jinsab akkużat bi qtil doppju f’Tas-Sliema u anke b’hold-up minn ħanut tal-ġojjellerija tilef kawża kostituzzjonali li fetaħ dwar il-ħelsien mill-arrest.

L-Albaniż qiegħed jistenna biex jgħaddi ġuri dwar il-qtil tat-Tabib Chris Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski liema qtil kien seħħ fit-18 ta’ Awwissu tal-2020.

Muka kien tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil fis-27 ta’ Awwissu ta’ 4 snin ilu u baqa’ jinżamm taħa arrest hekk kif kellu t-talbiet kollha biex jinħeles miċħudin. Kien għalhekk li permezz tal-avukati tiegħu kien fetaħ kawża Kostituzzjonali biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Madankollu l-Qorti Kostituzzjoni, preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul, ċaħdulu l-ilmenti li ressaq fil-kawża.

Fis-sentenza tagħhom l-Imħallfin qalu li qegħdin jirrikonoxxu l-fatt li l-Qorti Kriminali kienet ċaħditlu t-talbiet għall-ħelsien mill-arrest u dan minħabba li hemm biża’ li jaħrab mill-pajjiż. Huma qalu wkoll li lanqas li kieku kellha ssirlu electronic tagging m’għandha serħan il-moħħ li huwa ma jaħrabx.

L-Imħallfin fis-sentenza tagħhom qalu wkoll ir-reat l-ieħor li jinsab akkużat kien seħħ meta Muka kien għal xi żmien meħlus mill-arrest u dan iqajjem aktar dubju dwaru. Kien għalhekk li huma ċaħdu t-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

Sport