Il-funeral ta’ Nicolette Ghirxi , il-vittma tal-aħħar qtil se jsir nhar is-Sibt li ġej 17 ta’ Awwissu fis-Santwarju Ġesu’ Ħniena Divina fit-8:30 a.m. Fuq xewqa tal-familja, kull min jixtieq jattendi huwa mħeġġeġ sabiex ma jilbisx kulur iswed.
Ghirxi inqatlet mill-eks sieħeb tagħha Edward William Johnson, Irlandiż ta’ 50 sena. Intant fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li sellmu l-memorja tagħha u ddiskrivewha bħala persuna umli u dejjem bi tbissima.
Josette Grech Darmanin f’messaġġ fuq Facebook iddedikat poeżija għal ruħha, fejn qalet hekk; “Bl-imħabba tagħn, b’memorji mdawwla, tgħannieqa kbira, għażiża tagħna u l tal-familja nibgħatu tama”