Friday, November 22, 2024

Niġrerjan jinżamm arrestat waral i kellu xi droga fl-appartament tiegħu f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 44 sena li jaħdem fil-kostruzzjoni qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kellu droga f’appartament f’Ħal Kirkop.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Cassar spejgat li waqt li l-Puliziija kienu għaddejjin b’ronda f’Ħal Kirkop, innutaw li kien hemm raġel kien suspettuż u għalhekk baqgħu josservaw.

Ingħad li l-Pulizija rawh dieħel fl-appartament ma’ raġel ieħor. Kien hawn fejn il-Pulizija kellha suspett, hekk kif kemm l-akkużat, kif ukoll ir-raġel l-ieħor kienu magħrufin mal-Iskwadra ta’ kontra d-droga.

Il-Pulizija waqqfu lill-akkużat, iżda irriżulta li ma kellu xejn fil-pussess tiegħu. Madanakollu minn tfittxija illi saret fl-appartament, instabet kilogramma droga aktarx kokaina.

Fil-Qorti, l-akkużat wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża mmexxija mill-avukat Charles Mercieca ma tagħmel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Sport