Kien għall-ħabta tal-4.15pm meta fi triq li mix-Xagħra tagħti għal Marsalforn seħħ inċident bi quad bike.
Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li fuq il-quad bike kien hemm omm u bina li għal xi raġuni tilfu l-kontroll u nqalbu.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ħadu liż-żewġ persuni l-isptar.
Filwaqt li l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa, il-pulizija jinsabu fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident.


