Proposti tal-Oppożizzjoni li diġà qed jitwettqu mill-Gvern

Aqra wkoll

B’rabta mal-proposti li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg meta kien qed jindirizza lill-imsieħba soċjali, partikolarment dawk relatati mal-produttività, L-Orizzont talab għal kumment mingħand Dr Alfred Sant. 

Dr Sant qalilna li: “Sa fejn nista’ nara, b’mod jew ieħor, tajjeb jew ħażin, dawn il-proposti diġà qed jitwettqu min-naħa tal-gvern u l-korporazzjonijiet tiegħu, anke jekk mhux dejjem jiġu deskritti bl-istess kliem li jinqeda bihom il-Kap tal-Oppożizzjoni.

“Forsi s-suġġerimenti tiegħu kienu jkunu aktar utli kieku minflok, għamel evalwazzjoni miżura b’miżura ta’ x’inhu jsir bħalissa u ssuġġerixxa kif jistgħu jittejbu jew jinbidlu. 

“Li jrid jintqal ukoll hu li minkejja s-suċċess ekonomiku li Malta kisbet fl-aħħar snin, li tidentifika u twaqqaf proġetti ġodda baqa’ għal gżira ċkejkna u bla riżorsi naturali bħal Malta, sfida kbira. 

“Tista’ bil-kliem, tipprospetta żviluppi mill-aqwa. 

“Meta tiġi għall-prattika, issib li l-blat li jrid jitqatta’ hu iebes. 

“Għalhekk li r-rati ta’ tkabbir ekonomiku li rajna f’Malta fl-aħħar għaxar snin, huma bla preċedent,” temm jgħid Dr Sant.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport