Monday, November 11, 2024

Qed jitfassal Pjan Soċjali għall-Familji li jindirizza diversi temi fosthom il-fertilità

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politiika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal qed ifassal Pjan Soċjali għall-Familji u bħalissa għaddej bil-preparamenti meħtieġa sabiex titnieda l-konsultazzjoni pubblika. Ir-rata tal-fertilità hija waħda mit-temi ewlenin li se jkun qed jindirizza dan il-pjan.

Dan il-Pjan se jkompli jwettaq il-Viżjoni Socjali 2035 u jibni ukoll fuq il-Qafas ta’ Politika għat-Tfal 2024-2030, fejn il-familja hija waħda mill-prioritajiet ewlenin identifikati f’dan il-Qafas.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittjiet tat-tfal Michael Falzon, waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, jekk hemmx ħsieb li l-Gvern li jinċentva l-koppji biex ikollhom iktar tfal.

Il-Ministru Falzon spjega wkoll li l-kwistjoni tar-rata tal-fertilità tmur ferm lil hinn minn kwalunkwe għajnuna finanzjarja li tingħata u tmiss ma’ diversi oqsma inter-settorjali. Dan m’huwiex biss fenomenu f’Malta iżda fl-Ewropa kollha u f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, speċjalment fil-pajjiżi żviluppati.

Irrimarka li matul l-2023, f’benefiċċji soċjali biss f’Malta ngħataw aktar minn €107 miljun lil familji bit-tfal jew 8.2% tal-investiment soċjali kollu li jsir f’pensjonijiet u benefiċċji soċjali. Dan minbarra benefiċċji u servizzi oħra li jingħataw fl-oqsma tal-edukazzjoni, saħħa u ħarsien soċjali fost oħrajn.

Il-Ministru komplja jgħid li matul din is-sena komplew jiddaħħlu aktar miżuri favur il-familja bħaż-żieda ta’ €250 kull wild fic-Children Allowance u €50 oħra għal kull wild fl-In-Work benefit, il-ħlas ta’ €500 għal twelid jew adozzjoni tal-ewwwel wild u €1,000 għat-tieni wild jew aktar, l-għotja ta’ €500 għal 3 snin wara xulxin lill-ġenituri li uliedhom ikomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja.

Sport