Raġel safa allegatament aggredit fiż-żona Industrijali ta’ Bulebel waqt li kien qiegħed ibigħ il-vann tiegħu lil persuna li kkuntattjatu minn fuq is-sit Marketplace.
Il-Vittma, Frank Apap qed jallega li kien qiegħed jibdel xi tajer tal-istess vann meta x-xerrej akkużah li kien seraqlu l-flus li bihom sippost kellu jixtri l-vann.
Apap ħeġġu biex jaraw il-filmati tal-kameras tas-sigurtà, iżda ftit wara spiċċa jaqla diversi daqqiet b’ħadida fost affarijiet oħra.
L-aggressur allegatament beda jgħajjat li Apap kien seraqlu l-flus, iżda aktar tard ħareġ xi flus minn pocket u wera li kien iddispjaċih għal li kien għamel.
Filwaqt li Apap ittieħed b’urġenza l-Isptar, l-aggressur ġie mitkellem mill-Pulizija.
F’kitba li għamel iktar tard fuq Facebook, Apap irringrazzja lil dawk kollha li esprimew is-solidarjetà tagħhom u qal li l-abukat qiegħed jagħmel minn kollox biex issir ġustizzja miegħu.