Investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 38 sena, b’rabta ma’ attentat ta’ serqa fil-Katidral t’Għawdex.
Nhar il-Erbgħa, għall-ħabta 5:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Bieb l-Imdina, ir-Rabat, Għawdex. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u mill-investigazzjonijiet irriżulta li żewġ persuni mgħammda ppruvaw jisgassaw bieb u jidħlu fil-Katidral però ma ma rnexxilhomx għax dak il-ħin għadda uffiċjal tas-sigurtà, u kif rawh ħarbu minn fuq il-post.
Immedjatament bdew l-investigazzjonijiet u t-tfittxijiet għall-persuni involuti li wasslu biex ġie identifikat ir-raġel, li jgħix iż-Żebbuġ, Għawdex, bil-Pulizija tarrestah ilbieraħ filgħodu.
Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, is-suspettat mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex, illum, għall-ħabta tal-4:30 p.m, quddiem il-Maġistrat
Dr Brigitte Sultana.