Saturday, December 28, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tat-trakk u ħabat ma’ ħajt ta’ residenza f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena residenti San Ġiljan jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq trakk tat-tip Isuzu Elf, tilef il-kontroll u ħabat ma’ siġra u ħajt ta’ residenza.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, filwaqt linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport