Friday, November 22, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ f’Kemmuna

Aqra wkoll

Pollakk ta’ 44 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3.00pm weġġa’ waqt li kien f’Kemmuna.

Il-Pulizija qalu fi stqarrija li lbieraħ kien hemm bżonn l-assistenza fil-Port tal-Imġarr, Għawdex, wara li raġel weġġa’ f’Kemmuna.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Pollakk ta’ 44 sena, sofra ġrieħi waqt li hu flimkien ma’ tifel ta’ 12-il sena, qabżu flimkien minn fuq dgħajsa b’konsegwenza li ġew fuq xulxin.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn membri tal-Emergency Response and Rescue Corps u wara ttieħed lejn il-Port tal-Imġarr, fejn kien hemm ambulanza li ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni serja u ġie trasferit lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport