Wara t-telfa ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Catanzaro fi Stadio Marassi bl-iskor ta’ 2-1, hemm allarm kbir minn Sampdoria li jinsabu jokkupaw il-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika tas-serie B.
Żgur li l-partitarji Doriani qatt ma ħasbu li wara li ġew relegati għat-tieni kategorija tal-futbol Taljan, kellhom ikollom bidu daqshekk ħażin.
Bosta kritiċi tal-futbol Taljan qed jgħidu li l-kowċ Andrea Pirlo ftit fadallu fir-reġjun tal-Liguria bid-diriġenti Blucerchiati li jridu bidla fir-rotta sabiex ma jidħlux fi problemi aktar fil-kors tal-istaġun.