Saturday, April 27, 2024

San Martin iqassam il-boroż lit-tfal fl-iskola ta’ Għawdex

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Filwaqt li jumejn oħra, jiġiferi l-Ħadd, se tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Martin, fl-iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, jew kif inhi magħrufa aħjar “il-Happy School”, il-Ġimgħa filgħodu kien hemm ċelebrazzjoni ta’ din il-festa, b’San Martin jdur il-klassijiet kollha u jqassam il-boroż lit-tfal.

Il-moħħ wara dan kollu kien is-Surmast tal-Iskola Lelio Spiteri li jagħmel dak kollu li jista fl-iskola sabiex ikun hemm iktar għaqda bejn it-tfal u sabiex tiġi offruta edukazzjoni b’differenza.

Fuq il-midja soċjali tiegħu, Lelio irringrazzja lil ħames studenti; Dean, Damien, Logan, Xhoel u Cayden li kienu ta’ għajnuna sabiex l-iskola setgħet tipprepara kważi 300 borża u dawn jitqassmu lit-tfal.

Sport