Wednesday, December 25, 2024

Sentejn mill-mewt tat-tabib Dr Victor Calvagna

Aqra wkoll

Bħal-lum sentejn ilu, fl-4 ta’ Jannar tal-2022, tħabbret il-mewt tal-Konsulent tant maħbub u l-President ta’ Puttinu Cares Dr Victor Calvagna. Calvagna kien deskritt minn bosta bħala bniedem umli u li ddedika ħajtu biex jgħin lit-tfal morda u l-ġenituri.

Lura fit-28 ta’ Diċembru 2021, Calvagna kellu jiddaħħal l-isptar bi ġrieħi serji wara li kien ittajjar qrib l-Akkwarju Nazzjonali fil-Qawra. Ftit tal-jiem wara, fil-31 ta’ Diċembru bintu kienet spjegat li missierha kien tilef 95% tal-funzjoni tal-moħħ. 

Fit-12 ta’ Jannar 2022 ingħatat l-aħħar tislima lil Calvagna, li għadu ħaj fil-qlub ta’ bosta. Minkejja li Calvagna ma għadux magħna, hemm diversi modi ta’ kif dan baqa ħaj. Tant li f’April tal-2022, saret il-mixja ta’ Puttinu fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgha l-Kbira., li kenet iddedikata speċjali għal   Dr.Calvagna. 

Intant, ġie inawgurat ukoll bust fil-Qawra li jonora l-memorja ta’ Calvagnia. Il-bust, li nħadem mill-Iskultur Indri Attard b’bażi ta’ Victor Galea, sar fuq inizjattiva tas-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar. F’Lulju tal-2022, ġie nawgurat Ġnien Victor Calvagna li jinsab fil-Mosta, bi spazju ta’ 4,000 metru kwadru.

Ekonomija

Sport