Saturday, November 16, 2024

Sentenza sospiża għal żewġ irġiel fuq benefiċċji soċjali li ma kienx ħaqqhom

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ġew ikkundannat sentejn ħabs sospiżi wara li ammettew li ħadu bejniethom €36,088 f’benefiċċji soċjali li ma kienx ħaqqhom.

Fil-Qorti, Shaun Carabott ta’ 36 sena ammetta li bejn Ottubru tal-2020 u Settembru tas-sena li għaddiet, iffroda lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern Malti €17,784.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundannat lil Carabott sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin u erba’ xhur.

F’sentenza oħra, ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, Dean Micallef ta’ 27 sena tressaq il-Qorti, mixli li bejn Jannar 2020 u Awwissu 2023 iffroda lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern ta’ Malta €18,304.

Wara li semgħet l-ammissjoni, il-Maġistrat Montebello kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal 3 snin.

Il-prosekuzzjoni fiż-żewġ każijiet tmexxiet mill-Ispetturi Keith Caruana Darmanin, Andy Rotin u Wayne Rodney Borg.

Ekonomija

Sport