Żewġ nisa mill-Moldova ġew ikkunannati sena ħabs sospiżi għal erba’ snin, wara li tressqu l-Qorti li fil-ġimgħat li għaddew kienu qed imexxu burdell fl-Iklin.
Fil-qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li rċivew informazzjoni fejn ingħad li fir-residenza fejn jgħixu l-akkużati, ta’ spiss kien qed ikun hemm diversi irġiel deħlin u ħerġin.
Ingħad li malli bdiet l-investigazzjoni, il-Pulizija kkonfermat dak li ntqal fir-rapport. Meta marru fuq il-post, huma sabu liż-żewġ akkużati jwettqu atti sesswali ma’ żewġ irġiel.
Minn tfittxija illi saret fir-residenza taż-żewġ nisa, il-Pulizija sabet għadd ta’ karti b’noti ta’ ħlas li allegatament saru minn klijent u informazzjoni dwar websajts relatati ma’ tipi ta’ servizzi differenti.
Il-Prosekuzzjonioġġezzjonat liż-żewġ akkużati jingħatawil-ħelsien mill-arrest, bir-raġuni li għad fadal xi xhieda pajżana x’jixhdu u minħabba biża li dawn jaħarbu mill-pajjiż.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża, il-Qorti tat sentenza sospiża liż-żewġ akkużati nisa.