Thursday, April 25, 2024

Sirjan ta’ 16-il sena jaqa’ minn fuq sellum u jweġġa’ gravi

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tal-10:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ  inċident ġo garaxx fi Triq San Martin, iż-Żurrieq. 

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li Sirjan ta’ 16 sena u residenti iż-Żurrieq stess, weġġa’ wara  li waqa’ minn fuq sellum. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar  tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport