Monday, November 18, 2024

SkaRF – Proġett Skip a Rope for Fitness – Tmiem it-Tieni Fażi

Aqra wkoll

Skont studji riċenti, persentaġġ sinifikanti ta’ tfal Maltin mhux qed jilħqu l-livelli rakkomandati ta’ attività fiżika ta’ kuljum. L-ambjent tal-iskola għandu rwol ċentrali fit-tiswir tal-imġieba u d-drawwiet tat-tfal u għalhekk, huwa post ideali għal interventi mmirati li jagħtu prijorità u jippromwovu l-attività fiżika.

Fl-2023, l-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport (IPES), b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għallEdukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (MEYR) nieda SkaRF – Skip a Rope for Fitness.

Dan huwa studju sperimentali li sar fl-iskola Primarja San Gwann, u tmexxa mid-Direttur tal-Istitut, ilProfessur Andrew Decelis. L-għan ta’ dan l-istudju kien li jgħallem il-qbiż tal-ħabel lill-istudenti taliskola primarja, filwaqt li jtejbu l-ħiliet fundamentali tal-moviment tagħhom, iżidu l-livell ta’ saħħa u
attività fiżika tagħhom, u jnaqqas il-ħin sedentarju.

Matul l-ewwel fażi tal-istudju li ntemmet f’Ġunju 2023, l-istudenti kollha tar-Raba’ Sena li jattendu lPrimarja ta’ San Gwann (70) ipparteċipaw f’dan il-proġett, żewġ klassijiet bħala grupp sperimentali, u żewġ klassijiet bħala grupp ta’ kontroll. It-tieni fażi ta’ dan il-proġett bdiet f’Novembru 2023, bl-istess grupp ta’ studenti, li issa qed jattendu l-ħames sena, li kollha ngħataw ħabel tal-qbeż, inklużi dawk li
kienu fil-grupp ta’ kontroll matul l-ewwel fażi.

L-istudenti kollha pparteċipaw f’sessjonijiet ta’ 15-il minuta kuljum ta’ qbiż tal-ħabel għal erba’ ġimgħat oħra, u ġew imħeġġa wkoll jaqbżu l-ħabel waqt ilbreak tal-iskola f’żona speċifikament assenjata fil-bitħa, u wkoll biex jipprattikaw barra l-ħin tal-iskola.

L-istudenti kollha ġew ittestjati għal darb’oħra qabel u wara l-programm ta’ erba’ ġimgħat, għallkapaċità tagħhom tal- qbiż tal-ħabel, il-ħiliet motorji fundamentali tagħhom (aġilità, koordinazzjoni, veloċità), il-livelli tal-kundizzjoni (reżistenza kardjovaskulari, kompożizzjoni tal-ġisem, saħħa), il-livelli ta ‘attività fiżika u sedentarja(permezz ta’ aċċelerometru li jintlibes fuq il-ġenbejn għal ħamest ijiem), kemm qabel kif ukoll wara l-intervent ta’ erba’ ġimgħat.

Bħalissa, qed isiru paraguni tad-dejta talaċċellerometrija tal-ewwel u t-tieni fażi u analiżi tad-dejta tal-attività fiżika tat-tieni-fażi għat-testijiet l-oħra. Il-persuna risponsabbli mill-proġett, il-Professur Decelis, qal li “L-analiżi inizjali tar-riżultati tat-tieni fażi wriet li l-istudenti kollha fil-grupp sperimentali tal-ewwel fażi żammew il-livelli tal-ħiliet tagħhom u komplew itejbuhom, filwaqt li l-parteċipanti l-ġodda li oriġinarjament kienu fil-grupp ta’ kontroll ukoll tejbu l-ħila tagħhom li jaqbżu l-ħabel. Dan jikkonferma li intervent ta’ erba’ ġimgħat ta’ skipping
rope jista’ jtejjeb il-kompetenza u l-kunfidenza fit-tfal biex ikunu attivi għal ħajjithom”.

Bi tħejjija għall-fażi li jmiss ta’ dan il-proġett, qed jiġu mfittxija fondi biex kull student f’din l-iskola jingħata ħabel tal-qbeż, bil-għan li jkun hemm l-ewwel Skola SkaRF lokali. L-għan ewlieni tal-proġett SkaRF fis-snin li ġejjin huwa li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jaqbżu ħabel b’kunfidenza sal-aħħar taliskola Primarja, u għal dan il-għan dan il-proġett se jiġi estiż għal skejjel oħra li jkunu nteressati.

Il-Professur Decelis qed jirrakkomanda li kull student fl-iskejjel Primarji jkollu ħabel tal-qbiż fil-basket tiegħu, u li waqt il-breaks, tiġi allokata żona għall-qbiż f’kull bitħa tal-iskola.

Prof. Decelis irringrazzja lill-Kap tal-Iskola, is-Sur David Caruana, lill-assistent Kap is-Sinjura Susanne Mifsud Triganza tal-appoġġ u l-interess tagħhom f’dan l-istudju, lis-Sur Daniel Attard talli mexxa lewwel sessjoni ntroduttorja, lill-assistent tar-riċerka, is-Sur Alec Felice Pace, u l-manager Oliver Mallia, lill-għalliema tal-klassi tal-Year 5, Ms Marsilv, Ms Melissa, Ms Fiona and Ms Christabelle, ilLearning Support Educators, u l-għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika Mr Michael Xerri, li kollha kienu ħerqana ħafna li jaraw lill-istudenti tagħhom itejbu l-ħiliet fundamentali tagħhom.

Irringrazzja wkoll lis-Sur Jude Zammit, Direttur Ġenerali, MEYR, lis-Sur Jonathan Attard, Prinċipal tal-Kulleġġ, u, lillUffiċjali Edukattivi s-Sur Marvin Spiteri u s-Sur Kevin Azzopardi, talli appoġġjaw din l-inizjattiva millbidu tagħha. Dan il-proġett kien iffinanzjat mil-Fond SEED 2023 tal-Università ta’ Malta.

Ekonomija

Sport