Saturday, June 27, 2026

Spettaklu ta’ nar tal-art fil-Pjazza tas-Siġġiewi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Għaqda tan-Nar San Nikola qiegħda tħejji spettaklu ta’ logħob tan-nar fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Nikola li qiegħda tiġi ċċelebrata matul din il-ġimgħa fis-Siġġiewi. Ta’ attrazzjoni prinċipali se jkun il-logħob tan-nar tal-art fil-pjazza tar-raħal, li se jkun sinkronizzat mal-mużika.

Dan l-ispettaklu se jittella’ s-Sibt filgħaxija, lejliet il-festa. Dan is-sit żar l-aħħar tħejjijiet li qiegħda tagħmel l-imsemmija Għaqda tan-Nar, fil-Pjazza tas-Siġġiewi. Tkellimna ma’ Brian Borg, membru ta’ din l-Għaqda, li spjegalna dwar il-programm ta’ ħruq tan-nar kemm tal-art kif ukoll dak tal-ajru.

Huwa qalilna: “Wara n-nar tal-ajru se jkun hemm ħarqa nar tal-art varjata mekkanizzata u b’ħafna prodotti pirotekniċi u innovattivi li ssibhom hawn biss. Se jkun hemm żewġ wirjiet bil-mużika sinkronizzati. Dis-sena se jindaqqu siltiet minn Forrest Gump u Phantom of The Opera.”

Borg qalilna li l-ispettaklu jilħaq il-qofol tiegħu bit-tapit tan-nar tal-art, li se jtul għal kważi seba’ minuti u nofs u li se jkun ukoll sinkronizzat mal-mużika.
Huwa temm jawgura l-festa t-tajba lis-Siġġiwin kollha u ħeġġeġ lin-nies biex jattendu għall-programm kollu tal-festa ad unur San Nikola.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport