Ritratti li kien qed idur fuq il-midja soċjali fl-aħħar ħinijiet qajjem reazzjoni qawwija minħabba li kien hemm diversi verżjonijiet ta’ min kienet dik il-mara li għannqet lil omm Pelin ilbieraħ filgħaxija.
Fuq diversi profili ta’ Facebook kien hemm min kiteb li dik Isabelle Bonnici li tiġi omm Jean Paul Sofia li kien miet traġikament fit-3 ta’ Diċembru li għadda.
Kien hemm oħrajn li qalu li dik kienet tgħannieqa ta’ maħfra minn omm l-allegat qattiel ta’ Pelin. Fost verżjonijiet oħrajn kien hemm min qal li dik hija omm ta’ tfajla li kienet mietet f’inċident traġiku li kien seħħ snin ilu u s’issa għadha ma saritx ġustizzja magħha.
Li hu żgur hu li l-persuna li kienet qiegħda tgħannaq lil omm Pelin kienet qed toffrilha tama, kuraġġ u imħabba.