Fi stqarrija l-pulizija qalu li Leone Taieb instab qawwi u sħiħ filwaqt li jiringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni.
Aktar kmieni: Leone Taieb, raġel Taljan ta’ 25 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
L-aħħar li deher kien fl-inħawi ta’ Tignè f’Tas-Sliema u kien liebes flokk iswed, qalziet iswed u żarbun abjad.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.