Tuesday, December 24, 2024

Tama ġdida għal tfajla li ilha tikkumbatti l-kanċer mill-2008

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Puttinu Cares għaddejja b’kampanja ta’ għarfien dwar dak li jgħaddu minnu pazjenti tal-kanċer f’pajjiżna. L-għajnuna li tagħti din l-organizzazzjoni hija imprezzabbli għall-persuni milquta minn din il-marda u lill-familji tagħhom u dan isir grazzi għad-donazzjonijiet li jingħataw mill-qlub ġenerużi Maltin u Għawdxin. Din l-għajnuna ttaffi l-vjaġġ fil-ġlieda kontra l-kanċer. Fil-ġlieda għall-ħajja.

Hekk qiegħda tagħmel Amanda Farrugia, tfajla ta’ 22 sena li hija waħda mill-ħafna b’messaġġ biex nhar il-Ġimgħa li ġej, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-poplu Malti jiftakar f’Puttinu billi jipparteċipa fil-maraton ta’ ġbir ta’ fondi.

Wara sena reġa’ tfaċċa l-kanċer… wara tnax tfaċċa t-tielet wieħed

“Meta kelli 22 sena ħariġli l-ewwel kanċer. Fl-2008 għamilt sitt xhur nieħu l-kimoterapija u fiqt.  Wara sena u 11-il xahar erġajt dħalt l-isptar b’uġigħ f’sieqi u wara ħafna testijiet qaluli li reġa’ tfaċċa l-kanċer, l-istess wieħed – Hodgkin’s lymphoma u din id-darba, minbarra l-kimoterapija f’Malta kelli nitla’ l-Ingilterra għat-trattament u trapjant fejn qaluli li fieqt,” spjegat Farrugia.

Iżda, il-battalja tagħha kontra l-kanċer ma waqfitx hemm hekk kif wara 12-il sena reġa’ tfaċċalha t-tielet wieħed u kien tal-istess tip. Din it-tfalja reġgħet bdiet il-kimoterapija iżda rriżulta li ma bdietx taħdem. Spjegat kif, “il-kanċer kompla jinfirex, bidluli l-kimoterapija u għall-grazzja t’Alla ħadmet, imma rrid nerġa’ nitla’ l-Ingilterra għal trapjant u trattament għat-tieni darba”. 

Farrugia qasmet li din id-darba se jkolli donatur li se jkun ħuha stess li se jgħinha. Dan għax l-ewwel trapjant kien ta’ stem cells minn tagħha stess. 

Min-naħa tagħha hija ddikjarat li Puttinu kieku dejjem warajha lesti jgħinu b’appartament b’xejn fil-mument ta’ bżonn. Filwaqt li Amanda Farruggia rringrazzjat mill-qalb lil Puttinu Cares, hija għamlet appell lill-poplu Malti biex kull min jista’, jagħti donazzjoni fil-Ġimgħa l-Kbira.

Ekonomija

Sport