Tuesday, December 24, 2024

Teħlisha ħafif wara li tilfet il-kontroll tal-vettura fl-Imrieħel

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:30 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Sebħ, magħrufa aħjar bħala l-Bypass tal-Imrieħel.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-inċident seħħ bejn żewġ karozzi li kienu wara xulxin fl-istess direzzjoni, meta għal xi raġuni medika mara ta’ 38 sena residenti Ħ’Attard u li kienet qed issuq vettura tat-tip Opel tilfet il-kontroll tal-vettura u daħlet fil-karozza quddiemha tat-tip Peugot 208. Passiġġier fil-Peugot kien hemm persuna waħda.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Fortunatament, kemm is-sewwieqa tal-Opel kif ukoll ix-xufier u l-passiġġier tal-Peugot ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport