Tifel ta’ 5 snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6.30pm intlaqat minn karozza fi Triq Leli Falzon fin-Naxxar.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li t-tifel intlaqat minn Chevrolet Cruze li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.