Sunday, December 22, 2024

Tifla bi ġrieħi gravi wara li kienet qed issuq rota u intlaqtet minn karozza fl-Imtarfa

Aqra wkoll

Tifla ta’ 13 -il sena qed issofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m, kienet involut f’inċident fi Triq Sir Philip Pullicino, fl-Imtarfa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tifla, li kienet qiegħda ssuq rota, intlaqtet minn Ford B Max li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Imtarfa.

It-tifla ngħatat l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post u ttieħdet l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Artiklu preċedenti
Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport