Sunday, December 22, 2024

TM ma rċeviet l-ebda talba għal fixed speed camera fi Triq l-Imġarr, Għawdex

Aqra wkoll

Matul l-aħħar xhur, Transport Malta għamlet ‘network-wide road safety assessment’ li kien jinkludi evalwazzjoni tat-toroq arterjali u distributorji u Triq l-Imġarr (Għajnsielem/Xewkija/Rabat), kienet tagħmel parti minn din l-evalwazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ sigurtà aħjar f’din it-triq se jiġu provduti lill-Ministeru għal Għawdex malli jitlesta r-rapport. 

Qal dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri meta kien qed iwieġeb lid-Deputat Nazzjonalista Chris Said li talbu jgħid x’miżuri qed jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu miill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija. 

Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Camilleri spjega wkoll li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal ‘fixed speed camera’, madanakollu ser tkun qed tevalwa il-kriterji meħtieġa skont kif imniżżel fl-iSpeed Management on Maltese Roads Policy and Technical Guidance Manual – Annex 3C.

Ekonomija

Sport