Sunday, December 22, 2024

Tnejn arrestati fuq traffikar tad-droga fil-Kalkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena u mara ta’ 24 sena ġew arrestati wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li allegatament kien se jsir negozju tad-droga.

Matul il-jum tas-Sibt, il-Pulizija segwiet vettura wara informazzjoni li x-xufier tagħha x’aktarx kien fil-pussess tad-droga. Malli waslu l-Kalkara, il-Pulizija ċċirkondaw il-karozza li kienet qiegħda tinstaq mir-raġel u ġie arrestat.

Wara tfittxija li saret fil-karozza, il-Pulizija sabet 5 kilogrammi sustanza suspettata kokaina. Fuq il-post ukoll, il-Pulizija arrestat il-mara, li kienet f’vettura oħra u li allegatament, kienet se tkun involuta fin-negozju tad-droga.

Mill-investigazzjonijiet illi saru jirriżulta li d-droga misjuba, kieku laħqet inbiegħet fis-suq kienet tlaħħaq madwar €300,000.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella LL.D li qiegħda tmexxi inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport