Sunday, December 22, 2024

Uffiċjal ta’ TM iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Uffiċjal tal-Awtorità ta’ Transport Malta, għall-ħabta tat-8.15am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-uffiċjal, li għandu 35 sena u residenti Ħad-Dingli, intlaqat minn Honda Fit misjuqa minn Taljana ta’ 60 sena residenti s-Swieqi.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport