Saturday, December 21, 2024

Ungeriż bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Belt

Aqra wkoll

Ungeriż bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Belt Ungeriż ta’ 56 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Belt Valletta L-inċident seħħ il-Ħamis, għall-ħabta tas-7.00 p.m. fi Triq San Pawl.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-Ungeriż kien intlaqat minn Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti San Ġwann. Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport