Saturday, December 21, 2024

“Wasal iż-żmien tad-deċiżjonijiet sabiex inħallu l-Partit Laburista aħjar milli sibnih aħna”- Alex Agius Saliba

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Spiċċa ż-żmien tad-diskussjonijiet u wasal iż-żmien tad-decizjonijiet u sabiex inħallu lill-Partit Laburista aħjar milli sibnih aħna. L-għan aħħari tagħna hu li l-partit ikompli jkun wieħed b’saħħtu. Flimkien u b’kuraġġ dan nistghu nilħquh” 

Dan kien l-ewwel messaġġ li wassal l-Ewroparlamentari ALex Agius Saliba bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, fejn spjega li ma jistax ma jirringrazzjax lil ħafna delegati  u atttivitsti li magħhom trabba matul dawn l-aħħar sbatax -il sena. 

Hawn qal; “Kburi li jien tifel tal-partit. Matul dawn l-aħħar 17 -il sena kbirt magħkom u flimkien għexna mumenti sbieh . Rajt lil dan il-partit joħroġ mit-telfa tal-2008. Ħafna minna konna għadna żgħażagħ u qas konna nafu x’inhu il-Partit Laburista fil-Gvern”. 

B’referenza għall-Prim Ministru Robert Abela, irirmarka li Abela nnifsu libes iż-żarbuna biex fil-pajjiż iżomm ir-responsabilitá. Saħaq li llum wieħed irid jammetti li llum, il-politika għadejja minn sfidi kbira. Dwar dan, żied jgħid li matul l-ahhar elezzjonijiet, in-nies bagħtu messaġġ li l-politiċi mhux dejjem qed jindirizzaw il-problemi.

Ekonomija

Sport